Fl-istess ġimgħa li nqabad jigdeb dwar l-iskandlu ta’ Mario Demarco, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li hu jgħid il-verità.
Kien din il-ġimgħa li Simon Busuttil gideb meta qal li Mario Demarco ppublika l-irċevuti kollha b’rabta max-xogħol li ħa meta kien ministru minn persuna li isimha hu fil-Panama Papers. Ftit wara li ħarġu l-Panama Papers, Demarco ħallas lill-kuntrattur wara sitt snin.
Każ li dwaru Busuttil qed jevita kontinwament mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Fil-Mosta, Simon Busuttil sejjaħ id-deciżjoni ta’ bidla fil-Kabinett bħala farsa.
F’Jum il-Ħaddiem, il-Partit Laburista hejja attivitajiet li jfakkru l-ħidma li saret minn dan il-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin. Ħidma li fiċ-ċentru ta’ kollox kien hemm il-ħaddiem.
Għal Busuttil, l-attività fil-Belt Valletta hi manifestazzjoni għal Joseph Muscat.