Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif numru ta’ persuni ntqalu u oħrajn indarbu b’daqqiet ta’ sikkina minn raġel.
Dan il-każ seħħ fil-belt ta’ Wurzburg fir-reġjun tal-Bavarja, il-Ġimgħa wara nofsinhar.
Filmat li qed jixxandar fuq il-midja soċjali juri kif raġel beda jxejjer sikkina l’ hemm u l’ hawn.
Il-pulizija tal-lokal qalet kif arrestat lil dan ir-raġel, filwaqt li ntqal kif m’hemmx periklu għal belt.