Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 300 persuna li kienu qed jieħdu sehem fi protesti kontra l-miżuri li ħa l-Gvern Ġermaniż bil-għan li jikkontrolla l-imxija tal-COVID-19.
Qed jiġi rraportat li mal-38,000 persuna attendew dawn il-protesti fil-Ġermanja filwaqt li protesti simili saru f’Pariġi, Vjenna u Zurich.
Intant, fi Pjazza Trafalgar f’Londra wkoll inġabru n-nies jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet imposti kontra l-coronavirus. Waqt il-protesti tlemħu kartelluni jgħidu li n-normalità ġdida li ġabet magħha din il-pandemija hija tip ta’ faxxiżmu ġdid, filwaqt li fil-protesti li saru fl-ibliet l-oħra Ewropej in-nies kellhom l-għajta li l-COVID-19 hija gidba ffabrikata biex tbeżża’ lin-nies.