Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif l-Awtoritajiet Ġermaniżi għamlu rejd u kkonfiskaw xi dokumenti mill-Ministeri tal-Finanzi u tal-Ġustizzja tal-Gvern Ġermaniż.
Skont diversi rapporti, intqal kif dan ir-rejd kien propju parti minn investigazzjoni li bdiet fi Frar tas-sena l-oħra, kontra xi persuni mit-Taqsima tal-Intelliġenza Finanzjarja, l-FIU.
Dan anke wara li kien hemm suspett ta’ tranżazzjonijiet suspettużi lejn l-Afrika.
F’Lulju tal-2020, l-awtoritajiet irredjaw ukoll fl-uffiċċji tal-FIU u sabu kif kien hemm komunikazzjoni estensiva bejniethom u bejn dawn il-Ministeri.