Komplew il-protesti fil-kapitali tal-Ġeorġa, propju lejlet l-ewwel elezzjoni Presidezjali mill-kulleġġ elttorali.
Dawn il-protesti bdew wara d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi t-taħditiet mal-Unjoni Ewropea dwar is-sħubija tagħhom. Kienet din id-deċiżjoni tal-aħħar li rrabjat ħafna ċittadini, għaliex huma lkoll jinsabu ħerqana għal rabtiet eqreb mal-Punent.
Fil-fatt, il-Ġimgħa filgħaxija, fi Tbilsi, id-dimostranti nstemgħu jkantaw slogans kontra r-Russja u esprimew l-iskuntentizza tagħhom bil-pożizzjoni riċenti tal-Gvern Ġeorġjan.
Intant, fl-elezzjonijiet tal-llum fil-Ġeorġja, l-eks futboler ta’ Manchester City Mikheil Kavelashvili mistenni jinħatar President ta’ dan il-pajjiż.