Raġel liebes bħala mascot f’park huwa wieħed mill-vittmi ta’ mewġa ta’ sħana fil-Ġappun li ħalliet 11 mejta madwar il-pajjiż.
Ir-raġel ta’ 28 sena miet kawża ta’ Heatstroke wara li libes kostum li jiżen 16 kg għal 20 minuta. Il-każ seħħ f’Hirakata Park. Huwa ħassu ma jiflħax għal ħabta ta’ 7:30 p.m. tal-Ħadd. Aktar tard ir-raġel intilef minn sensieh u ttieħed l-isptar fejn tilef ħajtu.
B’rabta ma’ dan, il-park ikkanċella l-avvenimenti kollha tal-Masscot matul is-sajf.
Skont numri uffiċjali jidher li aktar minn 5,000 ruħ idaħħlu l-isptar għal kura minħabba l-mewġa tas-sħana tas-sena l-oħra. Qed jiġi rrappurtat li aktar minn 50% ta’ dawk li ddaħħlu l-isptar għandhom 65 sena jew aktar.
Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Ġappun intlaqat minn mewġa ta’ sħana. F’Lulju tas-sena l-oħra l-uffiċċju meterjoloġiku ddeskriva l-mewġa ta’ sħana bħala diżastru naturali wara li mietu 65 persuna fl-istess ġimgħa, kawża ta’ sħana.