Ir-restrizzjonijiet marbuta mal-lockdown fil-Filippini qed jagħmluha diffiċli għall-isforzi ta’ salvataġġ li qed isiru biex jgħinu lill-vittmi tat-tifun Vongfong, li heżżeż lill-pajjiż il-Ħamis.
Ħaddiema tas-salvataġġ qed jippruvaw imexxu mijiet ta’ eluf ta’ persuni f’ċentri ta’ evakwazzjoni, iżda r-regoli ta’ distanza qed joħolqu kumplikazzjonijiet.
Mal-mitejn elf persuna jeħtieġu li jħallu djarhom minħabba biża’ dwar għargħar jew valangi tat-tajn.
It-tifun Vongfong huwa l-ewwel wieħed li laqat lill-pajjiż din is-sena. Fil-Filippini ġew irreġistrati aktar minn 11,000 infezzjoni tal-Coronavirus, u seba’ mija u disgħin mewt.