Il-President Bulgaru Rumen Radev ippropona li għandu jsir referendum dwar jekk il-pajjiż għandux jidħol fiż-Żona Ewro, is-sena d-dieħla.
B’dan ifisser li jekk dan ir-referendum jgħaddi, il-Bulgarija taddotta l-Ewro bħala l-munita tagħha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern Bulgaru qed jippjana li l-pajjiż jeqleb għall-munita Ewro fil-bidu tas-sena d-dieħla. Iżda l-ewwel irid ikun hemm il-konferma min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew, ix-xahar id-dieħel.