F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li Gvern immexxi minnu se jerġa’ jżid il-pensjonijiet.
Huwa nnota b’sodisfazzjon it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea li Malta se jkollha t-tieni l-ikbar tkabbir fl-Ewropa fix-xhur li ġejjin. Qal li qed jiltaqa’ ma’ investituri internazzjonali f’setturi bħal tal-blockchain biex fiż-żmien li ġej jitħabbru aktar investimenti li jġibu miegħu iżjed impjiegi.
Impjiegi li jkomplu joħolqu l-ġid ħalli jkompli jitqassam għand kulħadd – speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn.
Il-Prim Ministru qal kif “F’Ottubru li ġej meta niġu biex ikollna l-budget, nista’ ngħid minn issa ħa nerġgħu nżidu l-pensjonijiet u dik nagħmluha għaliex qed noħolqu x-xogħol, ix-xogħol iġib is-surplus, is-surplus ifisser li għandna l-flus biex naħdmu, ifisser li dawk il-flus nistgħu nqassmuhom u l-ewwel ma rrid nara li jgawdu minnhom huma dawk li jifilħu l-inqas.”