Fl-istat ta’ Ceara fil-Brażil 147 persuna sfaw maqtula minħabba li l-Pulizija tal-lokal ilhom fuq strajk għal dawn l-aħħar ħamest ijiem.
Fil-fatt ir-rata ta’ mwiet f’dan il-post bħalissa tinsab ħames darbiet aktar mis-soltu. Għalkemm l-armata tal-pajjiż qed tagħmel dak kollu li tista’ fin-nuqqas tal-Pulizija.
Huma bdew bl-istrajk l-Erbgħa li għadda għaliex qegħdin jitolbu għaż-żieda fil-pagi. Dan minkejja li l-liġi Brażiljana tipprojbixxi Uffiċjali tal-Pulizija mill-jistrajkjaw u jekk jagħmlu dan xorta waħda jistgħu jaffaċċjaw akkużi li jġorr magħhom piena ta’ ħabs.
Intant b’rabta ma’ dan il-każ, s’issa ġew sospiżi aktar minn 200 uffiċjal.