Fl-indirizz tiegħu waqt dibattitu u taħdita mal-membri tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, il-Prim Ministru Robert Abela qal li għada se jkun qed jitlaqqa’ l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD.
Dan biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni u l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Prim Ministru rrimarka li t-triq il-ġusta hija li nappoġġjaw lil poplu u spjega kif dan il-Gvern għandu esperjenza ta’ pandemija li biha amministra sew l-ekonomija u hekk se jibqa’ jagħmel.
Dr Abela saħaq li fil-bidu tal-pandemija, il-Gvern ta kelma lill-imsieħba soċjali li se jgħin iżda n-negozji kellhom jagħtu kelma li ma jkeċċux ħaddiema.
B’sodisfazzjon il-Prim Ministru qal li dik il-kelma nżammet miż-żewġ naħat u llum għandna settur tax-xogħol b’saħħtu.