Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta installa l-ewwel kamera tas-sigurtà tal-aħħar teknoloġija li taħdem bl-Intellinġenza Artifiċjali, l-AI.
Din il-kamera ġiet installata fi Triq il-Merkanti u l-għan hu li jkompli jonqos l-abbuż bħal rimi ta’ skart illegali u pparkjar irregolari.
Waqt żjara fuq il-post mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay, intqal li din il-kamera hija mgħammra b’sistemi avvanzati ta’ intelliġenza artifiċjali u li se tagħmel l-infurzar aktar veloċi u effettiv.