Fil-Belġju, tifla ta’ 12-il sena tilfet ħajjitha bil-Coronavirus, biex din it-tifla hija l-iżgħar vittma ta’ dan il-virus fl-Ewropa.
Meta kien qed iħabbar din l-aħbar bid-dmugħ f’għajnejh, Dr. Emmanuel Andre, kelliem għall-Awtoritajiet tas-Saħħa fil-Belgju qal li dan huwa mument diffiċli ħafna għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.
Fil-Belġju mietu 98 persuna bil-Coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, biex b’kollox f’dan il-pajjiż mietu 705.