Il-media fil-Belarus qed tirraporta li ġiet maħtufa Maria Kolesnikova, il-persuna li qed tmexxi l-oppożizzjoni. Allegatament, xhieda fil-kapitali raw diversi rġiel b’wiċċhom mgħammad jaħtfuha, jitfawha ġo vann u saqu biha.
Kolesnikova hija waħda mit-tliet nisa li ngħaqqdu flimkien qabel l-elezzjoni presidenzjali ta’ Awwissu li għadda biex jisfidaw lil Alexander Lukashenko.
Fil-jum tal-Ħadd 633 persuna ġew arrestati wara r-raba’ ġimgħa konsekuttiva ta’ protesti kontra r-riżultat elettorali.
Intant, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea mhux qed jirikonoxxu r-rizultat tal-elezzjoni – fejn qed jingħad li Lukashenko ġab 80 fil-mija tal-voti – u qabblu li jimponu sanzjonijiet fuq il-Belarus.