Il-Pulizija fil-Bangladesh arrestat lil sid il-fabbrika li l-Ħamis filgħaxija nħakmet min-nirien bil-konsegwenza li mietu 52 persuna.
Abul Hashem, is-sid ta’ Hashem Foods, flimkien mal-erba’ wliedu huma fost tmien persuni li ġew arrestati tul il-jum tas-Sibt.
Il-Pulizija qalet li dawk arrestati kollha qed jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil.
L-awtoritajiet qalu li l-maġġoranza tal-vittmi nqabdu fil-binja għax waħda mill-entraturi maġġuri kienet imsakkra.
Fost il-vittmi kien hemm numru ta’ tfal u nfetħet inkjesta separata dwar l-impjegabilità tat-tfal kontra l-liġi.