Fil-Baġit għas-sena d-dieħla tħabbret l-akbar żieda fil-50 sena li ilha fis-seħħ iċ-Children’s Allowance. Din iż-żieda tammonta għal €250 għal kull wild.
Dan bħala parti mill-Garanzija għat-Tfal fil-programm elettorali tal-Partit Laburista fejn tul din il-leġiżlatura ġie kommess li ċ-Children’s Allowance tiżdied b’€450 għal kull wild, b’żidiet ta’ €90 kull sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filwaqt li s-sena li għaddiet ingħatat żieda ta’ €90, fil-Baġit għas-sena li ġejja tħabbar li se tingħata l-ekwivalent daqs kważi tliet snin żidiet.
Minn dan il-benefiċċju se jkunu qed jibbenefikaw 41,000 familja bi 62,000 tifel u tifla. B’kollox dawn se jgawdu minn sostenn ta’ €15.5 miljun.