Fil-ħamsa ta’ waranofsinhar se jitressqu l-Qorti ħdax-il persuna, disat irġiel u żewġ nisa.
Dan wara l-għeluq ta’ żewġ Inkjesti Maġisterjali u investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, il-Pulizija.
Il-persuni li se jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea se jiġu akkużati b’reati ta’ korruzzjoni, frodi u ħasil ta’ flus fost oħrajn.
Se jinħarġu wkoll akkużi kontra għoxrin kumpanija.