Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew tliet każijiet minn fost 2,271 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn sebgħa u għoxrin każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 971,975 test.
Ingħataw ukoll 640,729 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 353,895 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 299,151 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.