Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew tliet każijiet minn fost 2,360 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 30 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 977,462 test.
Ingħataw ukoll 650,411-il doża tal-vaċċin.
Minnhom, 355,277 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 307,591 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.