Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew tliet każijiet minn fost 2,010 testijiet.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 67 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 922,763 test.
Ingħataw ukoll 509,312-il doża tal-vaċċin.
Minnhom, 315,748 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 202,795 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.