Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 179 każ minn fost 2,647 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 634 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 1,018,448 test.
Ingħataw ukoll 706,857 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 372,052 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 350,338 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.