Fl-aħħar sigħat fiequ żewġ persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 109 każijiet minn fost 3,164 test, biex bħalissa hawn 359 każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,012,577 test.
Ingħataw ukoll 703,928 doża tal-vaċċin. Minnhom, 369,854 kienu l-ewwel doża u 349,133 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.