Fl-aħħar sigħat fiequ 8 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 2,316-il test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 65 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 918,465 test.
Ingħataw ukoll 498,726 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 311,903 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 195,856 persuna huma kompletament imlaqqma.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kinux irrapportati mwiet b’rabta mal-Covid-19.