Fl-aħħar sigħat fiequ tmien persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew wieħed u erbgħin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma tliet mija u wieħed u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u sitta u tmenin elf, seba’ mija u tnejn u sittin doża tal-vaċċin, li minnhom, seba’ u ħamsin elf, mitejn u tmienja kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm disa’ persuni l-isptar bil-Covid, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.