Fl-aħħar sigħat fiequ tliet persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew seba’ każijiet minn fost elfejn, tmien mija u wieħed u erbgħin test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn sitta u ħamsin każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru disa’ mija u tlieta u disgħin elf, seba’ mija u ħmistax il-test.
Ingħataw ukoll sitt mija u disa’ u sebgħin elef, ħames mija u tmienja u tletin doża tal-vaċċin.
Minnhom, tliet mija u wieħed u sittin elf, mitejn seba u tmenin persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li tliet mija tnejn u tlettin elf, sitt mija u ħamsin persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.