Fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 2,279 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 68 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 925,042 test.
Ingħataw ukoll 512,214 -il doża tal-vaċċin.
Minnhom, 316,224 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 205,221 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.