Fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus u ma feġġ ebda każ minn fost 1,526 test.
Dan ifisser li l-każijiet attivi f’pajjiżna niżlu għal 51 każ.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 955,643 test.
Ingħataw ukoll 596,074 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 341,941 persuna ħadu l-ewwel doża, u 265,090 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għall-għoxrin jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.
https://www.one.com.mt/2021/06/15/aktar-minn-60-tal-popolazzjoni-mlaqqma-kompletament-kontra-l-covid-19-78-hadu-l-ewwel-doza/