Fl-aħħar sigħat fiequ tliet persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew ħames każijiet minn fost 3,127 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 29 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 975,102 test.
Ingħataw ukoll 646,651 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 355,100 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 303,939 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar 24 siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19 għat-tmien jum konsekuttiv.