Fl-aħħar sigħat fiequ tliet persuni oħra mill-Coronavirus u feġġ każ minn fost 1,839 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 27 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 964,883 test.
Ingħataw ukoll 625,844 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 351,962 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 285,817-il persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.