Fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġ każ minn fost 1,658 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 68 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 945,642 test.
Ingħataw ukoll 564,718 doża tal-vaċċin.
Minnhom 330,970 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 243,252 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant għall-erbatax-il jum konsekuttiv, ma kienu rrappurati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.