Fl-aħħar sigħat fiequ tliet persuni oħra mill-Coronavirus u feġġ każ minn fost 1,432 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 70 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 943,984 test.
Ingħataw ukoll 558,320 doża tal-vaċċin.
Minnhom 329,000 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 238,807 persuni huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.