Fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 96 każ minn fost 2,903 testijiet li saru, biex bħalissa hawn 252 każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,009,413-il test.
Ingħataw ukoll 700,180 doża tal-vaċċin. Minnhom, 368,449 kienu l-ewwel doża u 346,739 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.