Fl-aħħar sigħat fiequ tliet persuni mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 217-il każ minn fost 4,091 test, biex bħalissa hawn 2,177 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar 1,049,318-il test.
Ingħataw ukoll 728,106 dożi tal-vaċċin. Minnhom, 386,328 persuna ħadu l-ewwel doża u 359,042 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 18-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li mill-146 każ irrappurtati lbieraħ, 97 persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.
L-età medja tal-każijiet tat-Tnejn kienet ta’ 28 sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.