Fl-aħħar sigħat fiequ tlettax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tmintax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn u ħamsa u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u erbgħa u erbgħin elf u seba’ mija u tlieta u għoxrin doża tal-vaċċin, li sebgħa u għoxrin elf u erba’ mija u disgħa minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm seba’ persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; b’ebda persuna fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.