Fl-aħħar sigħat fiequ tletin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija u disgħa u disgħin każ minn fost tlett elef disa’ mija u sitta u sebgħin test, biex bħalissa hawn elfejn, tliet mija u sitta u erbgħin każ attiv
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun u tlieta u ħamsin elf, mitejn u erbgħa u disgħin test.
Ingħataw ukoll seba’ mija u tletin elf, erba’ mija u tlieta u tmenin doża tal-vaċċin. Minnhom, tliet mija u sebgħa u tmenin elf, tliet mija u disgħa u għoxrin persuna ħadu l-ewwel doża u tliet mija u sittin elf, tmien mija u tmenin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm ħmistax-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom jinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li mill-mitejn u sbatax-il każ irrappurtati lbieraħ, mija sebgħa u sittin persuna kellhom bejn l-għaxar snin u d-disgħa u tletin sena.
L-età medja tal-każijiet tat-Tlieta kienet ta’ sebgħa u għoxrin sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.