Fl-aħħar sigħat fiequ sitt persuni mill-Coronavirus u feġġew 55 każ minn fost 2,668 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 159 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna 1,006,510 testijiet.
Ingħataw ukoll 696,858 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 367,086 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li tliet mija, 344,666 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.