Fl-aħħar sigħat fiequ sitt persuni oħra mill-Coronavirus u feġġ każ minn fost 1,021 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 54 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 954,117-il test.
Ingħataw ukoll 589,507 dożi tal-vaċċin.
Minnhom, 340,028 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 260,424 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għad-dsatax-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.