Fl-aħħar sigħat fiequ sitt persuni mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 235 każ minn fost 3,879 test, biex bħalissa hawn 1,441 każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,033,497 test.
Ingħataw ukoll 718,418-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 379,380 persuna ħadu l-ewwel doża u 354,985 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm erbatax-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Qalu wkoll li 195 każ li ġew irrappurtati l-Ħamis kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena, filwaqt li l-età medja tal-każijiet tal-Ħamis kienet ta’ 24 sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.