Fl-aħħar sigħat fiequ seba’ persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sbatax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn u tmenin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u tnejn u erbgħin elf u sitt mija u tlieta u erbgħin doża tal-vaċċin, li ħamsa u għoxrin elf u disa’ mija u sebgħa u tletin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm seba’ persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; persuna minnhom tinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.