Fl-aħħar sigħat, fiequ 101 oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 40 każ minn fost 1,970 test.
Dan ifisser li 98% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 809,340 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 191,716-il tilqima. Minnhom, 53,540 ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mietu żewġ anzjani li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-Isptar Mater Dei; anzjan ta’ 84 sena u anzjana ta’ 91 sena.