Fl-aħħar sigħat fiequ 11-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew żewġ każijiet minn fost 1,624 testijiet.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 72 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 912,577 test.
Ingħataw ukoll 474,475 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 302,933 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 180,243 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għas-sbatax-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.