Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 6 każijiet minn fost 2,288 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 66 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru disa’ mija u għoxrin elf seba’ mija u tlieta u ħamsin test.
Ingħataw ukoll ħames mija u ħamest elef u mitt doża tal-vaċċin.
Minnhom, tliet mija u erbatax-il elf u tletin doża, filwaqt li mitejn elf mija u disgħa u disgħin persuna huma kompletament imlaqqma.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kinux irrappurtati mwiet b’rabta mal-Covid-19.