Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 2,123 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 67 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 947,765 test.
Ingħataw ukoll 570,513-il doża tal-vaċċin.
Minnhom, 333,197 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 246,964 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant għall-15-il jum konsekuttiv, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.