Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 3 każijiet minn fost 1,492 testijiet.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 69 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 914,069 test.
Ingħataw ukoll 482,577 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 308,002 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 183,556 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mara ta’ 77 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.