Fl-aħħar sigħat fiequ erba’ 4 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 2,799 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 76 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 933,964 test.
Ingħataw ukoll 534,639 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 322,359 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 221,595 persuna huma kompletament imlaqqma.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.