Fl-aħħar sigħat fiequ 4 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 8 każijiet minn fost 2,026 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 70 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 928,790 test.
Ingħataw ukoll 519,994 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 318,743 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 210,486 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.