Fl-aħħar sigħat fiequ 4 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 10 każijiet minn fost 2,275 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 76 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 931,065 test.
Ingħataw ukoll 528,592 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 319,574 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 218,321 persuna huma kompletament imlaqqma.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.