Fl-aħħar sigħat fiequ disa’ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew tliet każijiet minn fost 1,798 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 45 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 957,441 test.
Ingħataw ukoll 604,033 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 344,272 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 270,754 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għall-wieħed u għoxrin jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.