Fl-aħħar sigħat fiequ 99 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 167 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,532.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,002,643 doża tal-vaċċin, li 163,186 minnhom kienu tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm 16-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.