Fl-aħħar sigħat, fiequ 96 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 79 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 744.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,238,926 doża tal-vaċċin, li minnhom, 341,384 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 44 persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ tnejn u sebgħin sena u anzjana ta’ disgħin sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.